Sensiela Don Quixote Nru2: TA MIN HI L-WIRJA?!!

Dawn l-ahhar snin, Ta' Ljun sar ghandhom deni ta' ziemel fir-rigward tal-Wirja tal-Biedja u s-Snajja li tigi organizzata mill-gvern fi zmien il-festa ta' Santa Maria.
Il-buzillis beda meta xi hadd minn Ta' Ljun deherlu li l-isem ufficjali ta' din il-wirja m'ghadux tajjeb ghall-interessi taghhom. Ghalhekk, bdew il-pressjoni u r-rikatti tas-soltu biex ghandhom jew m'ghandhomx ragun, jiehdu li jridu.
U xi jridu?! Iridu li wara storja ta 150 sena, il-wirja jinbidlilha isimha ghal 'Il-Wirja ta' Santa Maria'.
Issa f'Ghawdex, bil-kliem, din il-wirja hafna jirrreferu ghaliha bhala l-wirja ta' Santa Maria. Ghalhekk wiehed jistaqsi mela ghaliex din il-hegga kollha biex jinbidel l-isem ufficjali taghha wkoll?!!! Semplici hafna Guz! B'l-isem uficjali li ghandha l-wirja, ta' Ljun ma jistghux jiehdu kapital minnha u jcappsuha fil-programm tal-festa (biex jghidu 'x'festa kbira naghmlu!'). Imma kieku jkun jisimha mod iehor, l-affarijiet ikunu differenti ras! Dawk hekk iridu: li haddiehor jahdem ghalihom u huma joqghodu gallarija. L-ewwel it-tigrija, issa jridu l-wirja. X'imiss? Li jgeghlu lill-Ministru ghal Ghawdex tlaqqa l-Banda ghall-festa hi u tilbes kappa? (peress li issa zidna fil-programm li hi festa nazzjonali?!)
Insomma, ghaddew is-snin, u tghidx kemm cappsu tajn ma' wicc nies ghas-semplici raguni li ma qaghdulhomx ghal dak li riedu. Fejn hasbu li ha jghaddu u jwittu bhas-soltu, indunaw li sabu kolonna ma wicchom...u beda l-hama...
L-ewwel bdew jirrrrikattaw bil-voti, u ma waslu mkien. Wara, ahna nfurmati li baghtu ittra ufficjali lill-Ministru ghal Ghawdex. Qalulha tara x'taghmel biex tghaddi taghhom u l-wirja tibdel isimha, jew inkella kienu ser jiehdu azzjoni drastika huma biex dan isehh. Toqqghodux tiskantaw ghal dan. Ta' Ljun dejjem hekk: jekk ma tghaddix taghhom bis-sewwa, jippruvaw tghaddi taghhom bid-dnewwa. Tiftakruha dik il-press release ta zmien il-Gimgha l-Kbira 2005 li kienet tghid li jekk il-Pulizija ma twaqqqafx il-purcissjoni minn San Gorg, is-Socjeta' Ta' Ljun taghti direttiva lill-partitarji taghha jwaqqfuha huma?!!! Dawn affarijiet li ntqalu fil-pubbliku b'dokument iffirmat! U quddiem dan l-incitament car kristall ghall-vjolenza, l-awtoritajiet x'ghamlu? Baqghu boqqa u daru fuq haddiehor biex jaghmlilhom pjacir!!
Lura ghas-suggett. Din is-sena, fil-jiem tal-wirja dehru zewg posters ma' genb il-Villa Rundle. Dawn qed nuruhom fir-ritratt ta' hawn fuq ghal min hu San Tumas. Dak mal-bieb tal-gnien huwa l-poster mdendel mill-organizzaturi tal-wirja u li jgib l-isem veru tal-wirja. Il-poster l-iehor li huwa aktar prominenti huwa l-prodott tal-azzjoni drastika ta' Ljun. Mela hi, dak huwa poster (bl-isem tal-wirja li jixtiequ huma) maghmul u mdendel minn ta' Ljun biex tghaddi taghhom u jikkapparraw il-wirja. Affarijiet ma jitwemmnux !!!
Sahansitra smajna li kien hemm seksik minn taht minn xi berittini u llawrijati mal-Agent President tar-Repubblika ta' Malta, u dan bla ma jaf xejn, dahal fil-basla u hareg ta' mazetta. Waqt id-diskors ufficjali tieghu beda jissara mal-President tal-organizzaturi fuq l-istorja tal-wirja u cucati ohra... Semma certi storici gwappi wkoll....u kixifhom bla ma nduna!
L-osservaturi taghna qed jghidu li issa anke l-Ministru ghal Ghawdex bdiet tinduna b'dawn il-frajjag u, filwaqt li dari d-diskorsi taghha kienu bil-"Wirja ta' Santa Marija" tielgha u niezla, dis-sena osservajna li xi haga qed tinbidel.. Tghid rnexxilhom idejjquha kif xebbghu lil miljun ruh ohra?! U din maghrufa kemm ddumm tissaporti qabel jitilghulha!!
Tabilhaqq supremazija assoluta......fil-wicc tost u l-arroganza li ghandkom imma!!
_________________________________________________________
S'issa urejna li Ta' Ljun qeghdin qatta bla habel ma:
1. Is-Santwarju Ta' Pinu
2. Il-Ministeru ghal Ghawdex u s-Socjeta Agrikola tal-wirja
... ... u l-lista se tkompli tizdied ... ...
ta ta

<< Home