Tuesday, August 09, 2005

Sensiela Don Quixote Nru1: SANTA MARIJA VS TA' PINU?




Il-hafna vergni u martri ta’ Ljun (li skond huma kulhadd mqabbad maghhom u huma qishom l-insara fil-Kolossew) u flimkien maghhom, ohrog l-ghageb, klikka Monsinjuri tal-Katidral regghu fattruha.

Din m’hijiex l-ewwel jew l-iprem wahda taghhom, izda sa llum Ir-Romblu kien ghadu kwiet jistenna li min suppost jikxef l-ghawar jaghmel xoghlu. Peress li hadd ma kien qed jikxef l-ghatu tal-borma, issa r-Romblu ddecieda li jibda jdoqq it-trumbun hu!

Mela smajna li s-sena l-ohra kontingent mmexxi mill-Arcipriet tal-Katidral tghidx kemm habbtu rashom mal-iskrivanija tal-Isqof Cauchi halli igeghluh jordna lir-Rettur Ta’ Pinu biex il-Velja ta’ Talb, (mind you mhux marc ta’!), ta’ lejlet Santa Marija li ilha ssir xi ghaxar snin fil-pjazza Ta' Pinu tithassar. Skond dawn, din il-velja kienet qed ittellef il-festa ta’ Santa Marija ta’ Ljun u tal-Katidral.

L-informaturi taghna qalu li l-Isqof, biex jiffranka l-inkwiet (u fl-eta' tieghu ma ntuhx tort) weghedhom li din is-sena ma ssirx, u t-tmexxija tal-Parrocca tal-Katidral, li hija msejsa fuq demokrazija u altruwizmu kbir, organizzat velja hi. Jidher li l-amministraturi Ta’ Pinu (bir-ragun) haduha gewwa hafna din il-haga kif jixhed dan ir-ritratt, li ara min jahseb li huwa mehud min-newsletter ‘Tal-Istilla’!! Min kiteb il-paragrafu ma tantx iddejjaq jiffirmah, u dan juri kemm certi nies issa ddejqu sal-ponta ta' mnehirhom b'dan l-atteggjament arroganti ponn aristokratici fost il-kleru li minghalihom qed imexxu bit-trirenju.

Toqghod tghid veru li tal-Istilla mqabbdin ma’ ta’ Ljun? Jew dawn tal-ahhar imqabbdin ma' kulhadd u ma jifilux imsarinhom f’zaqqhom ahseb u ara f'zaqq haddiehor?! Ir-Romblu jhoss li l-awtoritajiet ukoll ghandhom bzonn barxa tajba forsi iqumu min-naghsa helwa li jinsabu fiha. Li tiffranka l-inkwiet huwa haga qaddisa, izda lanqas huwa sew li l-poplu qed jiehu l-messagg li f’Ghawdex dejjem tghaddi ta’ min l-aktar li jghajjat, jirrikatta, jsabbat saqajh u jdejh mal-iskrivanija tal-Isqof, jahbat mal-koxox tal-bibien tal-Kurja, u jaghmel ir-rallies, ghandu jew m’ghandux ragun.

Wake up please!

Fis-sensiela ‘Don Quixote’ il-lanzita, minn zmien ghal zmien, sejra tikxef il-glied li qed jaqilghu ta’ Ljun u tal-Katidral ma bizibilju nies u entitajiet. U ara tahsbu li dawn ma' tal-Istilla biss mqabbdin!

Imbaghad il-poplu jkun f’pozizzjoni ahjar biex jahseb b’rasu min jaqla l-inkwiet fir-Rabat!!

Free Counter
Web Site Counter