Sunday, August 14, 2005

Oj Marejjj...

Fil-Belt Victoria, fost il-hafna karattri mzewqqa li jzejnu t-toroq, insibu lil Marija Callus.

Din Marejjj ilha hafna taghmilha tal-brava, tinsulenta lil dak u lill-iehor. Hafna nies li nbarxu b'mod personali hafruhielha izda hemm certi cirkustanzi li ma jistghux jithallew iktar itiru mar-rih. U r-Romblu qataghha li lil Kallusa did-darba jaghmlilha stop.

Mela, fl-14 t'Awwissu 2005 wara nofsinhar, lejlet il-festa tal-Assunzjoni tal-Vergni Mbierka, fuq ir-radju tal-Komunita' 'Radju Katidral' waqt programm immexxi minn individwu li niftakruh tajjeb jilghab u jiggerra bil-qalziet qasir fis-sagristija tal-knisja ta San Gorg, cemplet Miss Callus. Biex tipprova taghmilha tal-jolly, is-sinjorina, kollha mhabba u altruwizmu, cemplet biex tiddedika marc fuq ir-Radio "lil Maria tal-Pejla li toqghod fi Pjazza San Xejn". Naturalment, min kien qed imexxi l-programm ma qatghax it-telefonata x'hin induna x'kien gej, izda halliha ghaddejja u mank staha jibqa' ghaddej qisu m'hu xejn. Minn hawn nistaqsu L-Awtorita' tax-Xandir x'inhi taghmel hemm? Prezenti ghall-parenza, jew nistennewha forsi xi darba jirnexxilha titmattar?!! L-insulti lill-qaddisin saru xi haga etikament accettabli fir-radji tal-komunita?! Sejra l-Awtorita' tax-Xandir tesigi recording tal-programm u tara li dak li sar jigi ikkastigat kif jixraq skond il-ligi? Ahna qed naghtu bizzejjed informazzjoni biex l-Awtorita' tippprocedi. Issa nistennew u naraw...

Lil Mari, mill-banda l-ohra, kordjalment infakkruha li kieku madwar sittin sena ilu ma xarrbulhiex rasha fil-fonti tal-knisja ta' dak li hi ssejjah 'San Xejn', kieku llum, flok tghajjat 'Viva Santa Maria' probabli ghadha taghti b'rasha u ssalli. Infakruha wkoll li kien fil-Knisja ta' San Gorg li ghamlet Precett u Grizma. Jista' jkun li dan kollu ghadha tiftakru minkejja z-zmien l'ghandha, u jista' jkun ukoll li fl-ahhar laqghet it-talba tar-rajjes taghha, li nafu li gie li qalilha li ghandha bzonn titghammed ghax il-maghmudija li hadet f'San Gorg ma tiswiex.

Oqghod attenta Mari, u mieghek kull min jilghab goff, ghax daqshekk ghaddejtuha franka ghal dak li tghidu u taghmlu!!

Free Counter
Web Site Counter