IL-PROFESSUR SAR MONSINJUR, U L-ASSI PIJI
Kif thabbar fuq in-Net f’xandira “diretta” sitt ijiem b’lura, ir-Reverendu Professur inghata rigal xieraq tal-hidma tieghu fil-katidral sa minn meta ghamilha ta’ mazzier. Ghal tikkka ma qalx li l-berittin hadu hu bi dritt (bhal Napuljun!!). Ma nafux jekk dan hux se jkun il-kriterju gdid ghal dan il-kapitlu - li issa b’sens ta’ ftahir indunajna li twaqqaf mijiet ta’ snin qabel. Tant kien importanti li spicca u ntesa sa meta rega’ nqala mit-toqba minhabba li ma kienx ghad hemm min irid imur iqaddes hem fuq! O, xi kbir unur!Peress li dan il-monsinjur dejjem hadem “senz’ interessi”, mistaghgbin kif ghadna ma rajniex l-istqarrija ufficjali li l-monsinjur novell ma hu se jaccetta l-ebda remunerazzjoni. Nassumu li dan jigi spjegat fl-edizzjoni aggornata ta’ l-awtobijografija. L-istess kif nassumu li qatt ma ghamel xoghol ta’ ricerka privata (jew imhallsa separatament bil-mieta) waqt li kien idahhal il-paga mill-Universita’, is-Seminarju, il-Ministeru, il-Kurja ecc ecc. Zgur ukoll li qaghad attent li ma juzax il-kompjuter ta’ l-ufficcju!
Ma giex iccarat jekk l-isforzi “volontarji” sarux lis-sede episkopali jew semplicement lil knisja parrokkjali - din it-trasmissjoni kompliet tikkonferma l-anomelija “storika” tat-tahlit bejn dawn iz-zewg funzjonijiet. Hemm tendenza li “ninsew” li l-kapitlu ma hux tal-parrocca; infatti l-arcipriet ma nsibuhx propjament fuq quddiem fil-lista...anzi!…tant li ma jhobbx jiehu sehem fil-liturgiji tal-kapitlu ghax ikun fil-genb!!! Madankollu l-fondi li originaw minn kullimkien (inkluzi dawk li ttiehdu mhux inghataw) ma jonqsux ghall-famuzi progetti li noholmu bihom. X’jghid ezatt il-Kodici dwar l-uzu ta’ l-assi piji? Kemm se jkollu x’iraqqa’ l-Isqof il-gdid! Ma nixtiqqnix sufa f'rasu!! (min irid ikun jaf x’inhuma l-assi piji jmur jistaqqsi lill-konfessur)
Wara li ghajjarna lill-MEPA korrotta u lill-Prim Ministru giddieb (anki minn fuq l-artal ghax fejn jidhlu l-principji, lesti ghall kwalunkwe sagrificcju - sahansitra r-rizenja “provizorja” u l-qlugh temporanju tal-grampuni), issa uzajna n-Net biex inkomplu nirsistu ghall-Vjal. Jahasra diga’ ddecidejna x’se jissemma - nafu li l-Kumitat ta’ l-Ismijiet huma nies ta’ gewwa! Miskina Matilde: ma kinitx taf ghal xiex diehla. La fehmet x’kien l-iskop ta’ l-arcipriet (li kien umli bizzejjed ihalli lill-istoriku l-uniku dottorat fuq il-Manifest) u lanqas ghalfejn, minn fejn u ghal xiex zijuh kien imur bil-palju! Ghaziza Matilde, ma certi nies tirriskjax intervisti f’xandir dirett ghax dawwruk dawra tal-prima klassi!! (da parir bla hlas)
Issa nibqghu fuq ix-xwiek nistennew ic-celebrazzjonijiet biex ifakkru t-ticrita fis-Sur (Quid non fecerunt barberi fecit Barberini(a)…jghidu r-rumani). Nissuggerixxu li titwaqqaf tinda biex il-Vara tistkenn min-Nar u min-nida ghax tqatta mument gmielu tistenna l-imbierek nar jispicca (kif ndunat tajjeb Matildae)! Ghax verament inhobbuha din l-istatwa: skond il-famuza Wirja tal-banka u d-diskors tas-Sur Grech (li kixef ghajnu u ghajn ta’ Ljun), inghatat biex ma taqax f’idejn “min mhux tal-partit” u biex il banda Leone ikollha purcissjoni taghha. (fuq dan hafna aktar ‘l quddiem).
Gie ghala widnejna ukoll li attivita’ minnhom thalliet f’idejn Wirt Ghawdex, Din l-Art Helwa u l-ohrajn - se jiddikjaraw li m’ghandhomx biza’ jafdaw l-inhawi totalment f’idejn tal-Vampa!
U hallukom mill-affreski!!!.........

<< Home