Il-Lanzita ATTAKATA !
Kif jesperjenza kull min ikun qed jirnexxilu jikxef il-borom, Il-Lanzita sfat attakata minn xi sors mhux maghruf. Xi psewdo-espert tal-kopmputers prova jaghlqilna halqna permezz ta' virus. Lil dan il-bravu nghidulu li ghal din id-darba, baqa f'wiccu u nittamaw li fil-futur, meta jerga jipprova jaghlqilna halqna, ikollu l-istess successun li kellu did-darba.Ahna, suppost ma nafux min kien dal-bravu, izda nistghu nobsru li dan l-espert gej mill-benniena tal-esperti u supremi assoluti f'kull suggett li ghandna fir-Rabat... Jekk kullhadd f'dan il-klabb huwa espert tajjeb u jkollu success daqs dal-pirata tat-teknologija, allura s-supremazija assoluta hi verament fil-gidra u t-tub.
Flok ma nindannaw, dan il-gest iferrahna ghaliex jaghti sinjal car li qed nilhqu l-ghan taghna, u ghalhekk, ahna aktar mhegga li nkomplu f'din it-triq.
Fl-ahhar nett, nixtiequ ninfurmaw li mil-lum 'l quddiem, ahna sejrin nirrikambjaw ghal kull rigal u/jew gest nobbli li nircievu. Ghalhekk, min jithajjar ibaghbas, ikun jaqbillu jahsibha darbtejn jew imur ibaghbas mal-website ta' nanntu!

<< Home