Sunday, August 28, 2005

IL-BUZZIEQA BDIET TINFAQA !!

Bhal f'kollox taht il-kappa tax-xemx, bdejna ninnnutaw li iz-zejt, ftit ftit, beda tiela f'wicc l-ilma.
Ghadna l'boghod...hafna l'boghod biex dak kollu li jaghwru u jimmanipulaw ta' ljun minn taht jinkixef, izda tal-inqas bdejna. Iva, bdejna naraw li issa, l-verita bdiet anke tasal f'idejn tal-media u l-gazzetti, u dawn huma l-ahhar nies li maghhom ta' ljun jixtiequ jikxfu ghajnhom.

B'l-ebda mod ma rridu niehdu xi kreditu ahna ta' dan...fic-cirkustanza, u kif ghedna qabel, ahna biss it-trumbun...is-sinfonija hija xoghol haddiehor..

Hawn taht, qed nirriproducu (ghall-beneficcju ta min immissjaha) silta mill-artiklu tas-Sur Asterisk li gie ppubblikat fil-gurnal 'Il-Gens' ta' xi jiem ilu. Ma hemmx ghalfejn nghidu - DIN MA GHOGBITHOM XEJN! tant li kkundannnawh minn fuq l-artal!!

Jiddispjacina ghal haga wahda biss - li miskin tefghuh fl-istess keffa maghna (principjanti fil-gurnalizmu). Sorry Asterisk, imma l-affront mhux ahna ghamilnihulek!

____________________________________________
Il-GENS
is-Sibt, 20 t'Awwissu 2005
minn Asterisk

" ....l-gimgha l-ohra diversi gazetti nazzjonali ma ntebhux li Press Release thabbar it-twaqqif tal-”Venerabli Assocjazzjoni ghall-Manteninment u l-Protezzjoni ta’l-Annimali” (bl-ingliz Victoria Association for the Maximum Protection of Animals) kienet cajta. Kwalunkwe Ghawdxi kien jinduna li l-inizjali jiffurmaw l-isem ta’organizzazjoni fis-Socjeta’ Leone – kellha sahansitra refernza ghal “kolonja ta’ ljuni” u c-Cittadella. Mhux talli ma ntebhux l-edituri, talli anki ghaqdiet (mhux fazulli) animalisti involvew lill-WWF.

U kellna bzonnu dal-ftit umorizmu! Ghax issa drajniha li nofs Awwissu ikun hawn ftit tensjoni: minhabba attivitajiet ghaz-zghazagh li jigu tant Maltin ghalihom u minhabba arroganza murija mill-organizzaturi tal-festa ta’ Santa Marija fir-Rabat.

Dwar ta’ l-ewwel nghid biss li nkunu ipokriti jekk naghmlu ta’ bir-ruhna ma nafux li sfortunatament id-drogi saru parti integrali minnhom.

Dwar tat-tieni ergajna nnotajna li jahasra hemm min, li biex minghalih jgholliha, jinsa li din hi solennita’ non-settarja – ta’ kull nisrani. Wara li saret pressjoni (mhux l-ewwel ezempju) fuq Mons Isqof biex iwaqqaf il-Velja f’Ta’ Pinu (Santwarju nazzjonali bit-titular ta’l-Assunta), holmu b’attivita’ ezatt quddiem il-kazin tal-banda La Stella – responsabbli mill-festi esterni tal-parrocca l-ohra.

Biex tghaqqad, intuzaw rizorsi tal-Kurja Veskovili ghal-din il-provokazzjoni (ovvjament non-religjuza) – precedent serjissmu! Ma nistax nimmagina li kien involut Mons Cauchi – li tant jishaq fuq il-prudenza – izda nafu kemm hemm monsinjuri tal-Katidral fl-ufficcji gholjin; u ma tantx jahbu fejn thabbat qalbhom!

Min-naha l-ohra, jista jkun li kien hemm skop ta’ fundrasing ghad-djocesi, li nafu kemm ma tikkontrolla xejn kif jintuzaw il-beni tal-kapitlu katidrali! U waqt il-famuz “marc ta’ filghodu” rega kellna insulti u gesti li mank jixirqu ghall-karvival, ahseb u ara waqt festa marjana (suppost) u bil-partecipazzjoni ta’ sacerdoti, (anke jekk bix-shorts). “Tema” importanti fit-tghajjir kienet il-kwistjoni tal-purcissjoni tal-gimgha l-Kbira meta, niftakru, is-Socjeta’ u l-Arcipriet thallew jiddisprezzaw (kontra kwalunkwe kodici) lil kulhadd mill-kap tad-djocesi ‘l-isfel.

Dan kollu sar minghajr l-ebda skuza ta’ “provokazzjoni”, l-istess bhar-radju Katidral.

Il-hasra hi li dan iservi ta’skandlu u tax-xoqqa f’moxtha ghal min ghandu skopijiet anti-kristjani. U nuru kemm naqghu facilment fit-tentazzjoni tal-firda, flok tal-ghaqda u l-kollaborazzjoni.

Ezempji ovvji fl-ahhar snin kienu l-attentat ghal-festival muzikali “kompetizzjoni” ma’ dak li kien ga stabilixxa ruhu madwar il-festa ta’ San Gorg u l-limitazzjoni (jew kopja) tas-sensiela kulturali Mediterranea. Il-mostru tal-parrokjalizmu ghandu t-tendenza jidhol f’kollox jekk ma noqoghdulux attenti – anki fid-daqsxejn ta’ gazzetta mahruga (ghalkemm “anonima”) mic-Circolo Gozitano."

Free Counter
Web Site Counter