Tuesday, June 14, 2005

SIBULI PARKING!!!!.........

Il-klikka ta' l-imposturi li jippruvaw u qed jirnexxilhom brillantement imexxu lill-Ghawdex minn gol-kastell u jaghmlu li jridu ghandhom hakma tad-dimonji fuq il-gazzetti Maltin. Xi hadd ma jaqbilx?!! Wiehed minn dawk li ghadu ma xebghax jirkeb huwa l-famuz gurnalista Castelain li jikteb il-Gozo Newsletter tat-Times tal-Hadd u li kulhadd jaf x'jiekol u kif jimtedd. Dan l-ahhar qed ihallas professur tal-basal biex jiktiblu kummentarju kull nhar ta’ Hadd.

Ovvjament min jirkeb jinqeda b’kull ziemel li jigi taht saqajh. Illum il-Hadd ghogbu jinqeda bil-festa ta’ Santa Marija biex jurina kemm hi kbira din il-festa. Minflok qalilna kemm ix-xutdowns ghamlu taghhom, rega tennielna diska mzarzra li xbajna nisimghu. Ghawdex fgat bin-nies qalilna. Gew jaraw il-festa ta’ l-annimali li tilhaq il-qofol taghha b’zewg rikbiet fuq iljun impestat fit-tigrija u fi pjazza San Gorg. Mhux ta' b'xejn iridu l-wirja tal-biedja u l-karrotti akkost ta' kollox!!!

Ohrog il-ghageb m’hawnx fejn tippostja l-karozza u s-salvazzjoni tal-problema huwa l-parking ekologiku (ghandkom bzonn tfehmuhieli din!!) li holom bih id-Dublun u li gie mbierek mill-Billi. Qed jistaghgeb kemm hargu flus mill-kanonci tal-kolleggjata tal-kastell. Ma qalilniex kemm sar fottiment biex l-art tal-parking tghaddiet lil qlafat t’hemm fuq. Ma qalilniex kemm thammget il-kurja biex serrhet lill-klikek u l'razzithom. Tibda tghid ghalxejn stampajna s-santi bit-talb biex il-qaddisin jintercedu ghalina mal-MEPA.

MEPA u mhux MEPA, xorta dhalna bil-gafef u wittejna kull ma kien hemm! X'ala l-bubun mil-ligijiet u r-regolamenti? Dawk ghal haddiehor qeghdin mhux ghalina. U addijo hajt antik li kien hemm...illum il-gebel tieghu midfun taht balla terrapien u min jaf baqax gebla fuq ohra!....nerga' nghid!..il-ligijiet ghal haddiehor qeghdin mhux ghalina.

Iddefenda lil korrotti ghal darba darbtejn, u qalilna li dawn imsieken tbazwru biex jaghtu parkegg ta’ din ix-xorta lill-umanita’. Qalilna wkoll li hu jaqbel mal-Billi fic-celebri diskors li dan il-professur ghamel it-Tlieta li ghaddew. Fi ftit kliem qal li dan il-progett m’huwiex progett li ser isir ghal gid tal-erbgha pxiepex li jiffrekwentaw lill-knisja t'hemm fuq, imma wkoll ser iservi ghall-mijiet ta’ eluf li bi hgarhom izuru lill-kastell (forsi ghall-Qorti?!).

Jibdew hergin il-widien tad-dmugh x’hin taqra dan l-artiklu. Imsieken, hargu daqshekk liri u s’issa kollox baqa f’wicchom. Ja qabda gakbini. Il-MEPA ghal darba ghamlet xogholha. Ghadkom issibu min iserrahkom. Il-lanzita mhix ser thallikom.

Free Counter
Web Site Counter