Thursday, June 09, 2005

MERHBA


Merhba f'dan il-gazzettin umli u genwin li l-iskop tieghu huwa sempliciment li juri l-affarijiet kif inhuma u mhux kif ipinguhom certi ndividwi oskuri f'Ghawdex li ghandhom power trip fuqhom li ma jitwemminx!

Fir-Rabat ta' Ghawdex ssib corma nies li minghalihom ghadhom l-aristokrazija tal-post u li tigi titnejjek mil-ligijiet u taghmel dak li jaqblilha u jidrilha. Jghajjru, jirikattaw u jehduha ma kulhadd - l-Isqof, Parrocci, qassisin, Ministri varji, il-MEPA, il-Prim Ministru, eccetra. L-iskop taghna hu li nnizzlu l-velu minn fuq wicc dawn il-qabda santinelli u nghidu l-affarijiet kif inhuma.

Kif jippruvaw huma jghaddu minn fuq kulhadd, ir-Romblu ha jghaddi minn fuqhom!

Bla dubju ha naghmlu minn kollox biex nzommu kollox fil-proporzjon tieghu ghaliex, kif jafu hafna, staghgib fuq ix-xejn hawn kem trid. Niddikjaraw solennement ukoll li l-prijorita' ta' dal-gazzettin hu li min jigi hawn jidhaq dahka tajba b'min minghalih qed jikontrolla u jaghwar minn taht bla ma hadd ma jinduna.

Ir-Romblu
Editur

Free Counter
Web Site Counter