Wednesday, March 15, 2006

SENSIELA IFLI U GGUDIKA Nru. 8


NO PARKING NO VOTE
NO VOTE NO PARKING

Wednesday, February 15, 2006

NO PARKING

Thursday, January 05, 2006

MINN HEMM MIN HAW....DAX-XADIN EJJEW ARAW!!

Tiskanta kemm f'din in-naqra ta' gzira u izjed u izjed f'din in-naqra ta' belt kemm jinqalghu praspar, li kieku jizdiedu ma ta' Gahan, s'issa kienu jimlew libreriji shah! Hadd ma jista' jilmenta li hawn il-hajja ma toffrix spunti ta' dahk u aktar dahk! U ahna, li nkunu mejta biex nidhku dahka, ma nhallux l-opportunita' taharbilna u nirringrazzjaw lil min, taht forma jew ohra, jipprovdilna korrispondenza fuq gurnal "indipendenti" ghal moghdija ta' zmien taghna! Regghu hbiebna baghtulna u zammewna aggornati b'diversi esternazzjonijiet ta' xejra bekkejja-ironika, u mhux nieqsa minn certu ammont ta' dispjacir personali, jew kif itennu hbiebna ta' l-oltremare, jew ahjar, ta' l-oltretevere, "RIMPIANTO", li sostanzjalment idoqqu l-istess diska li ilha tindaqq b'insistenza kwazi paranojka ghal dawn l-ahhar decenni: l-istat "mizerabbli" tal-povra djocesi ta' Ghawdex, sforz ftit jew wisq tal-prezunta inkompetenza singola/kollettiva tal-kapijiet! U din id-darba l-attenzjoni tas-SUPERKRITIKU, mdawla mir-raggi shan tad-dawl tax-xemx ghawdxija, waqghet fost l-ohrajn fuq istituzzjoni li matul iz-zmien ma kinetx nieqsa mill-kura hanina (!), premuruza (!) u dixxiplinari (!) tieghu, u li kulmin kellu x-xorti tremenda li jibbenefika minnha ghadu jfahhar u jezalta sallum: is-seminarju u b'mod specifiku is-seminaristi u b'mod indirett is-superjuri! Kieku xi hadd kien ighid harsa "WIDE ANGLE!" Beka fuq li beka il-korrispondent ghaliex f'din l-istituzzjoni awgusta qeghdin jithallew isiru esibizzjonijet ta' diversi natura u speci, "gakkijiet inglizi; stillel; koxxox" fost hafna ohrajn, li jixhdu d-degradazzjoni progressiva tal-binja, tal-benejja u tal-inkwilini! Ahna nifhmu ta' li dan is-SUPERKRITIKU hu ghal kollox estranju ghall-iskandli imsemmija minnu, u bhal dik it-tfajla vergni, pura u immakulata fost qtajja ta' ljuni feroci li qed tistenna il-fidwa gejja minn xi Kavallier tas-sepulkri, jitniehed ghall-awrora li tipprometti jum ta' helsien! Stenna u ahleb guz!

Ahna hassejna li din l-introduzzjoni hija f'waqtha u f'postha sabiex intom gheziez qarrejja u sostenituri tal-Lanzita, tdihku dahka f'dan iz-zmien ta' vaganzi, allegrija u xampanja (ghall-ixxurtjati)! Ghalina mela xbin:


QUO VADIS, SEMINARJU GHAWDXI?
L-Orizzont, 8 ta' Dicembru, 2005.

Sur Editur, Kien riesaq il-lejl. Kont ninsab hdejn il-knisja ta' Pompej fir-Rabat t'Ghawdex, sejjer lejn il-pjazza ta ' San Frangisk. Harist lejn it-twieqi ta' fuq il-kappella tas-Seminarju. Wahda kienet mixghula. Il-hgieg kollu kemm hu kien impingi b 'qanpiena fuqu. Bilfors li s-seminarista ta ' dik ic-cella jinqala ' sewwa ghall-pittura. Ghandu pacenzja u hin x 'jahli. Forsi ma tantx ghandu x 'jistudja teologija jew filosofija. L-ghada tkellimt. Qaluli li dik ma kinitx l-unika tieqa mzejna f 'dik in-naha tas-Seminarju. Qaluli li, meta kellna maghna lill-Princep Filippu u l-ohrajn tal-Commonwealth, seminarista iehor dendel Gak Ingliz mit-tieqa tac-cella tieghu. Forsi bi hsiebu jmur l-Ingilterra ghall-missjoni! Qaluli li lil dan tawh ordni biex inehhi dik il-bandiera. Dak il-hin l-Isports Complex tas-Seminarju kien maghluq u ma kienx hemm fih tfajliet b'koxxtejhom esposti. Mela seminarsti ghandhom jistudjaw it-teologija biss? Anke fuq il-persuna umana suppost li jkunu jafu! Formazzjoni OK ghas-sacerdozju taghti l-frott! Ghadhom kemm telqu zewg qassisin! L-isqof jaf.

INHOBB IL-KNISJA
Rabat, Ghawdex.


TKAZA B'TIEQA TAS-SEMINARJU
L-Orizzont, 22 ta ' Dicembru, 2005.

Sur Editur, Fit-8 ta ' Dicembru 2005 kellek ittra bl-isem "Quo Vadis, Seminarju Ghawdxi?" Min kitibha staghgeb, anzi tkaza, ghax ra tieqa tas-Seminarju b 'qanpiena mpittra fuqha. U ghas-Seminarista koncernat innota li "forsi ma tantx ghandu x 'jistudja teologija jew filosofija". Donnu staghgeb ukoll ghax Seminarista iehor "dendel Gak Ingliz mat-tieqa tac-cella tieghu."",

Anzi, ghal dan ta' l-ahhar, qali li gie informat "li lil dan tawh ordni biex inehhi dik il-bandiera. Ghall-iehor ma qalx li tawh ordni biex inehhi l-qanpiena. Imbaghad donnu ried jighat messagg serju u tkellem dwar "tfajliet b'koxxtejhom esposti" li jista' jkun li jkun hemm fl-Isports Complex tas-Seminarju.

Dawn kienu zminijiet ohrajn. Illum m'hemx bzonn ikollok sacerdoti li jafu t-teologija jew il-filosofija. L-aqwa li jkunu jafu jmorru mad-dinja tal-lum bit-"tfajliet b'koxxtejhom esposti" b'kollox. Inkella kif tridhom ihallu u jitilqu bhal dawk it-tnejn li hallew u telqu dawn l-ahhar gimghat u li ghalihom irrefera min kiteb, wiehed fl-Awstralja u l-iehor f'pajjizna? Sewwa kieku l-isqof joqghod ihabbel mohhu! J'Alla l-gid ghal min ried u rnexxielu "jimmodernizza"!

Min kiteb dik l-ittra lanqas kellu ghajnejh tajbin bizzejjed. Ghax kieku kien jara zewg twieqi ohrajn b'tizjin u dawl warajh bhal dik li kellha l-qanpiena. Imbaghad x'hemm hazin jekk, f'dawn l-istess twieqi, is-Seminaristi jhallu anki d-dawl jixghel meta jmorru d-dar fi tmiem il-gimgha? X'hemm hazin b'daqshekk? M'ghandekx tferrah il-komunita tar-Rabat? Ma tghidx dak id-dawl is-Seminaristi se jhallsuh minn buthom!

VIVA L-MODERNI
Sannat.

Monday, December 19, 2005

LILL-BEKKEJ KUKKUDRILLESK

Qarrejja assidwi tal-Lanzita ghadewlna korrispondenza li dehret f'gurnal lokali, li jidhrilna li ma ghandhiex tibqa' ghaddejja minghajr ma tinghata l-importanza li jisthoqqilha. Ghaldaqstant sejrin nirriproducuha hawn ghal beneficcju tal-ammiraturi ta' dan il-gurnal. Nixtiequ nosservaw bhala introduzzjoni zghira li l-korrispondent "anonimu", li ilu zmien u ghomor jibki u jokrob f'gurnal "indipendenti" lokali tant li kieku il-biki tieghu kellu jsir xmara kien certament jeqred ghal kollox il-problema tan-nuqqas ta' ilma fil-gzejjer taghna, kien ikun ahjar li jiddedika ruhu ghal qari t-tajjeb, mhux l-anqas il-letteratura Danteska, u jsib x'jomghod u jixtarr. Mela ghalina, habib.

Peter Mandelson


Fejn hu n-nuqqas ta’ l-ispirtu?

Sur Editur,

Sacerdot minn Victoria, f’l-orizzont tat-22 ta’ Novembru 2005, f’pagna 10 tana korrispondenza taht ir-ras “Fejn m’hemmx spirtu!” Il-kittieb ilmenta ghall-fatt li nhar is-Sibt 5 ta’Novembru fil-Katidral ta’ Ghawdex “kien hemm il-quddies ta’ darba fis-sena ghas-sacerdoti mejtin tal-Kongregazzjoni tas-Sacerdoti ta’ Ghawdex” izda “ghal fejn snin ohrajn, in-numru tas-sacerdoti kien zghir hafna”.

Sacerdot, wara li jikkumenta li fi snin mhux ‘il boghod, l-attendenza tas-sacerdoti ghal okkazjoni bhal dik li jsemmi kienet tkun tajba, din is-sena li qeghdin fiha, l-attendenza kienet zghira hafna. Imbghad hu jghaddi ghal xi riflessjonijiet.

Personalment inhoss li aktar milli nzid mar-riflessjonijiet li Sacerdot ghamel dwar il-funzjoni liturgika li jirreferi ghaliha, nieqaf fuq xi kawzi li hemm il-possibilita li rrendew l-attendenza tas-sacerdoti ghall-Quddiesa ta’ Novembru, wahda fqira.

Nistaqsi lit-tajjeb u twajjeb Sacerdot ta’ l-orizzont jahsibx li bosta sacerdoti ma attendewx ghal dik il-Quddiesa:

(1) ghax meta dawn irriflettew fuq il-gradi ta’gherf u ta’ qdusija li kien hemm mil-possibilita li jiltaqghu maghhom fil-knisja Katidrali ta’ Ghawdex, hassew ix-xejn taghhom u ddecidew li ma jehdux sehem fil-funzjoni?

(2) jekk hux, ghax fil-Knisja Katidrali ta’ Ghawdex hemm elementi li jbieghdu lil dak li jkun milli jiffrekwenta l-Knisja Katidrali?

(3) jekk hux ghax il-Knisja Katidrali ta’ Ghawdex tal-lum ma ghadiex il-Katidral tal-bierah?

(4) jew hemm xi ragunijiet ohra?

Ma nafx kif jahsibha Sacerdot dwar il-mistoqsijiet li ghaddew minn mohhi u li xandart f’din il kitba izda tkun haga nteressanti li nkunu nafu kif jahsibha r-Reverendu fuq il-mistoqsijiet li jiena berraht f’din il-kitba.

Alkohol

Il-Mument, 4 ta' Dicembru, 2005

Tuesday, December 06, 2005

STEJJER TA' MIN IQUM FIL-HDAX TA' FILGHODU


Il-Lanzita bhall-osservaturi ohra fil-gzejjer Maltin segwiet u qed issegwi b’interess l-ahbarijiet dwar il-hatra ta’l-Isqof il-gdid ta’ Ghawdex u d-Dekan tal-Kollegjata Urbana tal-Belt ta’ Ghawdex: Mons Mario Grech. Il-Lanzita tinnota b’dispjacir rapporti stunati f’xi guranli lokali, u ghalhekk biex taghmel gustizzja mal-verita qed tesponi l-qerq ta’ min, ghax hu qarrieq, juza l-mezzi tax-xandir manipulat minnu biex iqarraq.

L-umorizmu ta’ l-arcipriet tal-Katdiral hu evidenti fil-kummenti li ghadda lil-gurnal il-Gens Illum tas-Sibt 3 ta Dicembru, 2005. “Kollox jibda b’vizjoni, vizjoni msejsa fuq il-kontenut tal-fidi li nhaddnu…u allura hi mitluba minna kolloborazzjoni shiha” Il-lealta u l-ubbidjenza ta’ dan il-proxxmu lejn l-isqof tieghu hi evidenti fl-imgieba skandaluza ta’ dan ta’ l-ahhar ma l-isqof Cauchi u hi suggett ghall-gudizzju ta’ l-eluf li ta kuljum jaqraw dawn il-pagni u ghalhekk kull kumment f’dan ir-rigward inqisuh superfluwu. L-apice tal-kontradizzjoni u tal-vilta’ hi espressa fl-ahhar frazijiet “Jalla fih ulied din id-djocesi jaraw missier spiritwali…”

Kienu diversi dawk li infurmaw lill-Lanzita bil-kitba f’waqtha ta’ Asterisk, korrispondent tal-Gens Illum, fejn fl’istess gurnal tas-Sibt 3 ta’ Dicembru kiteb dwar rapporti qarrieqa fuq l-hatra ta’ l-isqof il-gdid u d-Dekan tal-Kolleggjata Urbana. Biex naghmlu haqq mal-verita’ qed nirripproducu siltiet mill-kitba ta’ Asterisk.

REZZJONIJIET INFANTILI
“….Imbaghad it-Torca ma kien hemm xejn minn dan. B’titli enormi qaltilna “Ghazla Kontroversjali. Ghawdex b’isqof gdid”. Kitbiet li mkejjen qrib il-Kurja ta’ Malta ddeskrivew din l-ghazla bhala wahda kontroversjali billi milli jidher ma kienx hemm qbil dwarha bejn l-Isqof t’Ghawdex…u l-Arcisqof ta’ Malta.

Tissemma’ zjara sigrieta u mbaghad nigu ghal-centru tal-kontroversja fittizja li holqot it-Torca - thalla barra sacerdot ta’ fiducja. Issa Ghawdex kulhadd jaf kif It-Torca hi manipulata minn indvidwi li ma tantx ghogbithom li l-kandidat taghhom - dan is-sacerdot li jgawdi fiducja - ma kienx se jtawwal id-dinastija ta’ tmexxija u manipulazzjoni li huma mdorrija biha.”

Pascal Lamie

Thursday, November 10, 2005

IL-HMARA TA' RAZZA MHALLTA TERGA' TAGHMILHA

Min jorqod la jaqbad hut u wisq inqas ajruplani!!!

Nhar il-hamis 10 ta’ Novembru diversi korrispondenti gharrfu lill- LANZITA bi storja mill-aktar interssanti li grat fil-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Zewg esponenti gholja tas-Socjeta’ tar-re ta’ l-annimali tal-gungla, imqanqla minn zelu kbir ghall-muzika u l-kultura gholja kienu ser jivvjaggaw lejn l-Etna sabiex jif- finalizzaw l-kuntratti sabiex f’Dicembru ikunu jistghu jfawwru l-Malta u Ghawdex b’kultura u muzika permezz ta’ festival ta’ livell mondjali: ma kullimkien msemmi, fost ohrajn, ghal originalita’.

Daqskemm il-hanqa tal-Hmara qatt ma telghet is-sema, daqsehekk iehor il-Hmara tista ttir! Din d-darba l-Hmara tar-razza mhallta regghet ghamlitha. U kif! Din d-darba l-Hmara ma kinietx wehidha. Kien hemm s-surmast tal-Fonzijiet! Il-Lanzita ghandna ghax tifhem li x-xoghol asidwu fuq l-preparamenti ghall-akbar anniversarju tal-Gungla li ser jigi iccelebrat is-sena d-diehla, u t-tfittix ghal-iqsar rotta lejn il-Ggantija, impenjaw mhux ftit lil-hmar tar-razza mhallta u lid-direttur tal-banda tal-Fonzijiet.

U ghalxejn nahqet il-Hmara tar-razza mhallta ghaliex l-ajruplan ma stenniehx! L-hmara ta razza mhallta u d-direttur tal-Banda tal-Fonzijiet baqghu l-art. Better luck next time!

L-hmara il-maghkusa jdur ghaliha d-dubbien.

Chimpie

Perissodactyla Equidae Equus Asinus Gattonis Volantis ??

Sunday, October 16, 2005

L-EPOPEA TAL-KAY ASS

Lil dak
li minghalih,
l-ahhar kelma dejjem tieghu kienet,
IL-LANZITA
din l-kbira poema
lilu
hawnhekk tiddedika.

Il-KS, il-KS,
ragel twajjeb bla kumpless;
il-KS, il-KS,
wicc il-qamar fih rifless.

U xi tfisser dil-KS?
King Size? Knee Size f’kompromess?
’K niehdu l-medja ta’ dat-tnejn,
xorta x’taqta’ m’hemmx minn fejn.

U bid-data tat-twelid
dan jaf jilghab kemm irid,
zid u naqqas kemm hemm bzonn
ghax naghtik daqqa ta’ ponn.

Dan l-istoriku fazull
jaf jaghtik minn dak li jkollu
bhal xi wahda minn Valletta
illi ddur go Strada Stretta.

Tahsbux dan xi bniedem gwejjef,
dan il-kbir espert tal-hrejjef;
jaf jistudja u jinnota
u mal-lewza jdur daqs rota.

Mitqlu deheb dal-bniedem jiswa;
jaf jiddeffes qisu fiswa.
Spiss jitlajja hdejn ta’ Sopu
jghid il-hrejjef bhal Esopu.

Bil-kitbiet tieghu ftit stuzzi
u b’dettalji favuluzi
jghawweg jaf il-verita’
ta’ taht fuq b’agilita’.

Fit-tghawwig ta’ dal-fatturi
dejjem hareg dan bl-unuri
barra meta zalqa jizloq
u l-velenu jibda jibzoq.

X’wahda din! Dan il-matnazz!
Uff! Kemm kiteb imbarazz:
folklor, cajt w anke leggendi
(kocc irmixk dawna sintendi!).

Poeziji bil-barbetti
li suppost huma sunetti;
m’hemmx bzonn thares b’xi nuccali,
dawn bla sugu u banali.

Il-KS kampjun ta’Ljun
mimli gherf daqs Salamun
moghni dan b’intelligenza
li mank toqghod sew f’gradenza.

Izda mhux biss fl-istorja
tgharrxu ftit thobb il-memorja
ghax hu prim politikant
ghal hdejh Churchill dilettant.

Hareg dan ghall-elezzjoni
biex fl-Ewropa jmur jesponi
l-ideat sublimi tieghu
u ’l kulhadd idawwar mieghu.

’Ma miskin f’din il-kwistjoni
tal-kuntest ta’ l-elezzjoni
sab li huwa spicca moghti
mank tuzzana u nofs voti.

Hesrem spicca l-karriera
ried itajjar il-bandiera
ta’ l-Ghawdxin gewwa l-EU
biex jurihom hu min hu!

U ghalhekk hu ddecieda
li ahjar ikompli l-glieda
fuq suggett fejn hu jibrilla -
jinki ftit lil ta’ l-Istilla.

U b’artikli ferm studjati
(imma mimlijin cucati),
il-KS ipponta l-lanza
bhal Don Quixotte u Sancho Panza.

Ghamel zmien dan jippretendi
segretarju permanenti,
miskin dlonk meddewh ghal tulu
ghax ta’ Psaila wahhalulu.

Meta San Mikiel mar dawra
u jtir m’Ghawdex ghamel dawra
u mis-Sur rawh dawk ta’Ljun
gej mill-boghod qisu beccun,

il-KS kien, jiena cert,
illi tahom l-“alert”
ghax daqs seqer jara fin -
minn hdejn Gangu sal-kazin!

Jekk int tkun f’konversazzjoni
ma’ dal-proxxmu bla vizjoni,
tibda tghid “Dan gej bin-nejk?”
ghaliex qatt ma jhares lejk.

U miskin kemm ipprotesta!
U tal-PIN kif ghamluh pesta!
Ghax jahasra ma semmewhx
f’biografija ma nkludewhx!

U fejn qeghdha dik IL-MAZZA!
Li b’nuccali b’qiegh ta` tazza
il-KS kien jikteb b’qilla
biex jattakka ’l ta’ l-Istilla?

Dik spiccat! ’Ma bhall-qarnita
issa ghandna IL-LANZITA
illi bejn subghajha taghfas
lil kull min jazzarda jaghtas.

Meta l-Kanonku Grech fettillu
libell qawwi dan jaghmillu
ma tantx donnu kien hemm rieda
ghax ta’ Ljun mank telghu xhieda.

U min jobzoq lejn is-sema
jista’ go xi wied jintrema
ghax ikollu jitlob skuza
(mas-Sur Mizzi le jabbuza!).

Pass, pass fl-ahhar kollox jasal
ghax mank jemmen dan bil-basal,
mela kollox karnival
jghid li jhobb il-Katidral!

Il-KS, il-KS,
kemm iqajjem interess!
Bhal granmastru kbir tac-chess
fejn imiss jaghmel success.

Il-KS, il-KS,
hmar u Hu jghoddu l-istess.
L-editur
il-Lanzita

Saturday, October 15, 2005

RAPSODIJA MATRICJANA

De Ecclesia Matrice Castri Gaudisii

21 - X - 2005

Ladarba gdid fegg dawl is-sebh
b’imriezaq shah, ghelma ta’ rebh,
Ghawdex kieku xtaq ihaddar
imma l-hdura rama’ jfaddal.

Dak m’hu xejn, ghax l-gholjiet kollha
mimlijin sa fommhom korla
riedu kieku jrabbu l-gwienah
halli joghdsu f’Wied il-Mielah.

Mhux le inqas irrabjati
kienu l-ibhra ffumentati,
bdew jithabtu ma’ l-irdum
ha jservihom ta’ bukkun.

U xi nghidu ghas-smewwiet
illi sebhu minghajr kwiet,
x’seta’ nqala’ dan il-hin,
forsi ghandhom tilja brim?

Kellu jkun wiehed filosfu,
mhux Platun, imm’ghodu ghodu
gie jtarrfilna l-kbira storja
ta’ bla gieh u ebda glorja.

“Ersqu ‘l hawn halli nfakkarkom
lilkom iva w min hu maghkom,
illi minn t’Ottubru x-xahar
il-jum hdax ga kwazi tar.

Il-Kastell zernaq en fete
ghalkemm donnu bla effett,
b’dik il-barma fuq xofftejh,
bi tbissima fuq haddejh;

dmiru sewwa qieghed jaghmel,
dan l-imbierek sur ta’ Babel
ghax il-lum festa mill-kbar,
zgur jaghmilha l-Katidral.

Ursolina ghalqet sninha
f’dina s-siegha matutina;
araw issa x’serbut gej,
mank tuzzana w nofs riglejn!

Mur araha kemm hi sabiha,
il-Matrici kollha fwieha,
minn dal-ghodu l-monsinjuri
libsu l-mitra bir-ruzuni.

Imma donnha m’hix f’sikkitha
ghalkemm festa hi riditha,
ghaliex taf illi l-grajja
lilha tqalla’ hafna xbajja’.

Sewwa taghmlu tifthu halqkom,
il-Matrici m’hijiex bhalkom,
kollox ghandha sa fuq nett
sal-kampnar qisu farfett.

Izda l-aqwa haga l’ghandha
kwazi qerdet lil Kassandra,
m’hux imbilli Katidral,
sfat issefter bil-fardal;

ghax zgur hi m’hix imdorrija
taghmel dak li jridu biha,
anzi s-soltu l-hena taghha
tibbumbardja kollha sahha.

Xhud ta’dan ghemilha stess,
m’hemmx fejn taghmel kompromess,
b’korruzzjoni hija lahqet,
bil-misthija hija hmaret.

Don Attard ma qaghadx jahsibha,
konkubina pront ghazilha;
Pontremoli ried l-unjoni
halli b’hekk hu jiddisponi

minn San Gorg li kien ifisser
- Ghawdex kollu minn fuq s’isfel
u dan gharfu Karlu Magri
ghax dlonk wera kemm hu nfami.

Deodato le ninsieh,
ruhu b’kollox mar ibiegh,
biex ma’ Ruma jaghmel patt
u l-Insinji ssir fil-fatt.

Imbaghad fl-ahhar tal-mazzita
l-Isqof Pace laghab il-partita
ghaliex wikka lill-Matrici
b’ta’ l-Iljun, kollha kapricci.

Tassew dan kien kolp ta’ stat,
bhalu l-Mother qatt ma rat
ghax minn maqdes ta’ Gunone
sfat il-Knisja tal-Leone.

Mamma mia, nifsi qtajt
bilkemm jien irrakkuntajt;
il-Matrici, ftakru biss,
hi kalvarju kull fejn tmiss.”

CANONICVS CAPITVLARIS
XI.X.MMV

Thursday, October 06, 2005

KAY ASS

Iz-Zejt jitla’ f’Wicc l-Ilma

L-ispizjara milli ghandha ttik Ton!. Hekk jghid qawl qadim. U l-gherf ta’ missirijietna ma jqarraqx bina. Dan il-kliem joqghod sewwa ghall-awtur issa maghruf sewwa ghall-kitbiet qarrieqa tieghu, is-Sur KayAss. Dan jidher li ghadu ma xebax jiksirha ma’ dak u ma’ l-iehor biex “jiddefendi l-unur tal-verita’”.

Is-Sur KayAss – frott il-karizma ta’ l-gherf f’bosta oqsma tax-xjenza u l-arti, nistghu nghidu anke fit-Tuttologija – kisirha ma’ sensiela ta’ storici u akkademici ohra. Ma kienx bizzejjed li ikkuntradixxa lill-Professur Stanley Fiorini dwar id-defenizzjoni tat-terminu “matrici”. Hadha qatta’ bla habel kontra kull kitba tal-mibki John Bezzina – u ma waqafx mal-kitba ta!! Ikkritika lill-Patri Alexander Bonnici ghax ma jifhimx fl-ilsna Semiti meta dan spjega t-tifsira etimologika tat-terminu “Rabat”. Imbaghad prova jkisser ir-reputazzjoni tas-Sur Pawlu Mizzi imma hawn sab min jieqaflu. Forsi ghadu johlom li xi darba jhalli xi bicca kitba sura ta’ nies li biha jaghti kontribut, bhal ma ghamel Mizzi permezz tal-ktieb “Il-Parrocca t’Ghawdex”. Minghalih li baxxa lill-Kan. Karmenu Grech meta ghajjar lilu u lill-istoriku Patri Gorg Aquilina.

U nistghu nibqghu sejrin b’lista li ma taqta’ qatt! Ghax kif jghidu, min minghalih li hu bravissmu, lil kulhadd jara dubbien. Issa fil-programm tal-festa ta’ Ljun ta’ din is-sena 2005 ikkritika lir-Rev. Geoffrey G. Attard u dan ghamlu imqanqal “mill-karita’ Nisranija u l-istil patrijarkali” li ghandu lejn dan ta’ l-ahhar. Imma biex jaghmel dan kellu johrog ta’ giddieb lill-istoriku Malti s-Sur Joseph G. Grima li stqarr car u tond li f’Ghawdex l-ewwel banda kienet dik bl-istemma ta’ l-istilla. Lis-Sur Attard nghidulu li m’ghandux ghalfejn ikompli jikteb u jehodha kontra dak u l-iehor ghax dalwaqt li ma jibqalux kontra min jehodha u jkollu jdur fuqu nnifsu u jipprova jrazzan l-isitni primittivi tieghu u jizvoghom f attivitajiet ohra.!

Ghalxejn kiteb ittra daqs dinja f’ The Sunday Times of Malta xi snin ilu, jikkontesta l-fatt li ma nizzlulux ismu fil-pubblikazzjoni serja Maltese Biographies of the Twentieth Century (PIN) ghax kif jghid il-Malti, “hanqa ta’ hmar qatt ma telghet is-sema”. F’wiccu baqa’! li ma nistghux nawgurawlu ghall-kariga ta’ kummissarju ghall-Ewropa! Barra minn hekk, jekk il-bord editorjali ta’ din il-pubblikazzjoni ghad jiddeciedu li jergghu jiohorgu t-tieni edizzjoni, nahseb li jkollhom diffikuta’ kbira fil-konfront ta’ Attard. Taht liema kategorija jaqbdu jdahhluh? Ikollhom jintroducu kategorija gdida u jsemmuha “jack of all trades”, inkella “Genji Maltin”, “Tuttologi” jew forsi “Gganti Intelletwali”. M’hemmx dubju li jinfixlu wahda sewwa! Ghandhom xorti jekk jghadduh mal-awturi tal-folklor ghax anke lill-mibki Gorg Pisrani qabad mieghu fuq “Fomm il-Gir”. Insomma, ma nixtequx li nkunu xaghra wahda f’rasu!

Il-poplu ghawdxi ta l-akbar certifikat li s-Sur KayAss fl-ahhar Elezzjonijiet Generali ta’pajjizna. L-198 vot fl-ewwel count huwa l-ahhar timbru inekwivokabbli ta’ successun kbir. Kemm qalu sew l-antiki taghna meta qalu li “l-ispizjara milli jkollha taghtik!

Dan haseb li mpressjona lil xi hadd?!!


Jose Manuel Durao Barroso

Thursday, September 29, 2005

Hanqa ta HMAR!!

Perissodactyla Equidae Equus Asinus Gattonis


Hanqa ta’ hmar qatt ma telghet is-sema!

U xi hmar! Ghax hawn hmir u hmir! Hemm dawk tar-razza pura u dawk tar-razza mhallta! Dawn ta’ l-ahhar, imbaghad, huma xi haga ta’ barra minnn hawn! Ma taghtihomx tort l-anqas, ghax hmar huma. X’tistenna imbaghad minn hmir li gejjin minn ambjenti fejn sa minn ckunithom, imsieken, kienu imtellghin itellqu, u itellqu ghat-telgha, biex taghqad! Dawn hekk jafu lilhom infushom: dejjem f’girja; dejjem f’tellieqa; dejjem iridu jaslu ewwel ghax inkella jibda l-hniq!

U xi hniq! Hniq bla waqfien: forsi xi hadd jaghti kashom. Pero’ kif is-soltu jghidu: is-sigra minn frottha tingharaf: u hekk ukoll il-hmara mill-hniq taghha tingharaf. U kemm iddum tinhaq ghat-tkeskis? Mela ma tafx il-hmara li l-bosk b’hatbu jinharaq?! Izda, mill-gdid, x’tistenna minn povra hmara ta’ razza mhallta, u fuq kollox ta’ barra minn hawn? Forsi hasbet li b’dan il-mod se taghmel impact izjed mill-hmir tal-post? Jista’ jkun ukoll!

Jista’ jkun li ghandha strategija mohbija: “Nurihom jien lill-huti l-hmar, li donnhom tilfu hilithom, xi tfisser veru tinhiqa u kif tassew ghandha tinstema tinhiqa ta’ hmar, den ta’ forza tar-re ta’ l-annimali u tal-karnivali: l-iljun!” U allura tgholli rasha ‘l fuq kemm tista’, tilwi lejn il-punent, u mill-qiegh tal-hofra tibda ttiha kemm tiflah: “Oghllu ‘l fuq l-blu. Dak il-kulur ma jehodulna hadd! Dak taghna biss! Nuruh lill-Ghawdex taghna li hawn ahna l-hmar tar-razza ingawdu 'supremazija' assoluta! Nuruhulhom l-blu ha jinqeddu ta’ kontrina”.

U haga ta’ l-ghageb! Hasbet il-hmara ta’ razza mhallta li “Ghawdex ghada blu ikun!” izda

“ u l-ghada Ghawdex haddar”!

Bnadar hodor ma’ kullimkien. “Il-blu jittrionfa”, hasbet l-imsejkna hmara tar-razza mhallta!

Izda daqskemm telghet fis-sema l-hanqa taghha, daqshekk iehor tela’ l-blu!

RIX

Monday, September 26, 2005

L-GHANJA TAR-REBHA

BI GRATITUDNI NFAKKRU
B'UNUR NICCELEBRAW
1954-2005
IT-TKECCIJA (1)


Wara l-ghanja nformattiva
Tal-letter "A" u l-kummittiva
Issa jmiss nitkellmu ftit
Fuq suggett b'daqsxejn lanzit

Dan jittratta punt ftit shun
Ma tantx jghogob lil tal-Ljun
Ghax lil dawn l-imzazen boloh
Igib ftit memorji koroh

Dan suggett jahraq kemm tridu
(Mhux la kemm taqbadlu f'idu)
Ghax il-lions mahruqin
U hemm isfel imxawtin

Mela ha nghidilkom ftit
B'esattezza ta perit
X' nirrakkonta jien l-lum,
Issa stess, minghajr ma ndum

Min hu xi espert tal-qwiel
U jiddiletta b' San Mikiel
Forsi jafha din lis-storja
Ta ftit gieh u inqas glorja

Meta fil-hamsinijiet
Gew l-iljuni bil-mijiet
Minn San Gorg johorgu vara
U spiccaw johorgu hmara

San Mikiel anglu sabih
Jaf ukoll itir (bar-rih)
W'hekk fettillu jaghmel dan
Darba wahda ferm ferhan

Kien Settembru erba u hamsin
Granet kienu tmienja u ghoxrin
Meta b'fjamma hamra f'drieghu
Mikiel ghamel wahda minn tieghu

Qal : " Jien gwienah ghandi par
Kuluriti, jleqqu u kbar
Ghaliex mela jien ghalhekk
Ma ntirx tajra s'hemm fuq nett?"

U hekk ghamel dax-xifajk
Baxx, baxx hareg minn gol-hajt
U x-xitan ta tahtu spicca
Solo, solo gewwa n-nicca

U x'hin hassu qed itir
Qisu nheles minn ilsir
Mikiel mawra liema bhala
Ghamel hu mil-Gharb sal-Qala

Ma x'hin ghadda fuq is-sur
Iddecieda illi zgur
Ma jinzilx hdejn il-brikkuni
Li jinghaddu ma l-iljuni

Fl-ahhar ghejja dan jittajjar
Beda jahseb fejn jistajjar
Haseb ftit biex imur lura
U jistejqer x'imkien sura

Dlonk lemhuh tac-Cittadella
U bdew jghidu kurunella
"Mikiel gej itir mix-xXokk
Isa lestu t-trabokk"

'Ma dan l-anglu mighajr htija
Qallhom "Mhux se tidhqu bija
Ma tafux intom jewwilla
Posti jien ma ta l-Istilla"

U bhal ajkla qatt milquta
Ried jaqtghalhom l-ghatx b'perzuta
Ghax bla hela ebda hin
Nizel Pjazza Sant Wistin

Tal-Ljun hadu hasda kbira
"Din m'hiex statwa mghand tal-Lira!
Ta l-Istilla ghandhom tort
Ghax tajruh bla passaport"

U x'hin gew ghal-marcijiet
U l-istatwa sparixxiet
Indunaw dawk tal-LEONE
ILLI BELGHU KANNELLONE

Nispiccaw nghidu flimkien
Talba zghira bla dewmien
"San Mikiel illiberani
Minn tal-Ljun u t-Talibani

Car Parker

Sunday, September 18, 2005

IDHOL GHALINA

IL-FULA BINT IL-MIZWET
W' IR-RAZZA DEJJEM TIGBED



Zjara ufficjali tal-Arcipriet tal-Katidral, is-Socjeta Leone u il-Kurja Veskovili fil-kwartier generali ta' Partit Politiku.

Thursday, September 15, 2005

IL-KANTILIENA TAL-GHANJA MISRUQA

L-GHANJA TAL-LETTER "A"

Nirrakkota lilkhom storja
Ta ferh kbir u ta vittorja
Halli tgharfu minn fejn gej
Il-marc kbir tal-letter "A"

Dana marc kapulavur
Illi bhalu ma ssibx zgur
Jirbah hu kull kampjonat
Allavolja kkupjat

Mela darba dawk ta Ljun
(li jibilghu daqs mazzun!)
Thajru jniedu marc jibbrilla
Halli jinku 'l ta l-Istilla"

Min sa jikteb xi ftit rimi
Biex l-idea tant sublimi
Issirilna verita'?"
Ta Ljun hasbu b'ansjeta'

"Surmast ghandna. F'lehh jobormu.
Bravu dan. Dan jiktbu b'sor...
Mela ntuh il-kummissjoni
L-ghadu taghna ntuh lezzjoni"

U hekk nibet dan il-pjan
Malizzjuz daqs ix-xitan
U hekk twieled b'inwiet xej'
Il-marc kbir tal-letter "A"

Is-surmast mar jikkomponi
jgharrax ftit l-ispirazzjoni
Biex marc jikteb frisk bhal-fjuri
U ma tal-Ljun johrog bl-unuri

Spirazzjoni ma sabx gewwa
Ghandu jkun naqsitu sewwa!
Beda jgharrex u jinnota
Ma xi haga ried jizvoga

Haseb ftit, u ftakar dan
Li fi ktieb Amerikan
Melodija hemm grazzjuza
Illi huwa seta juza

ROCK MY BABY ROCK A-BYE.
Forsi mhux ezempju haj
Ta kif serq ta tune sfaccat
Ghand tal-Ljun issa spiccat?

U dal hafna fanfaruni
Li jintghaddu ma l-iLjuni
B'entuzzjazzmu kollha qalu
Li dal-marc zgur ma ssibx bhalu

U ta mzazen kbar li huma
(Ghalkemm jahsbu li jmexxu l'Ruma)
Imlew zaqqhom (u x'imkien iehor!)
B'melodija ta haddiehor

Ghamlu kjass ghal hafna snin
"Ta l-Istilla mikdudin
B'dan il-marc tal-letter "A"
Marc li jkemmex ix-xuftej'

Ta l-Istilla sadattant
Bi ftit sforz u bzieq kultant
B'wiehed kbir u tond jipponta
Dlonk wahhlulhom pied u gonta!

Ghaliex gie il-karnival
(Festa kbira din tat-tfal)
U dil-marca esklussiva
Daqqewhielhom f'kumittiva

Dahq u briju u kant sfrenati
U tal-Ljun kollha ndannati
"Marca serqu memorabbli
Il-Qorti ntellghu r-risponsabbli"

Biss minn dan ma gara xejn
Ghax x'hin ikkalmaw kemmxejn
Indunawilli fil-fatt
Jista jdoqqu dan kullhadd

U l-istorja tat ragun
Lil kulhadd barra ta Ljun
Ghaliex wara hafna zmien
U s-surmast ma deher imkien

Ghax-iggieled glieda kbira
Lil tal-Ljun faqqaghlhom ftira
Dan il-marc il-kbir tal-kant
Is-surmast ghamlu rkant

"Lil ta kercem, tan-Nadur
X'wicc ghandu dat-traditur
Illi jbieghlhom dil-pedina
B'Ghawdex kollu jidhaq bina?

"O destin wiegher, infami!
X'wiehed qlajna daqs salami
Is-salami ghal gol-borma
Mhux biex tpogguhieln f'sor....

Bhal ma jigri kull stagun
Kullhadd jghid "Viva ta Ljun"
Venerabbli Assocjazzjoni
Xempju ta l-edukazzjoni"

Kull min huwa xi godart
Dan ispicca jpixxi fl-art"
Hekk bezzghana Mario Platt
Minghalih ghamel rikatt

X'hass sabih!! Dan minfejn gej?
Doqquhulna l-letter "A"



Car Parker

Wednesday, September 14, 2005

SENSIELA IFLI U GGUDIKA Nru. 7

“Il-partitarji tal-Ljun jiccelebraw il-festa ta’ Santa Marija bl-akbar mod dinjituz u civili” Dr Michael Caruana LL.D, President Societa’ Fil. Il Leone



Fejn f’Malta qed jigi permess/tollerat mill-awtoritajiet ekklezjastici u civili li jsiru dawn l-atti provokatorji, oxxeni U GRATUWITI waqt festi religjuzi quddiem il-Knisja tal-parrocca li ma ghandha x’taqsam xejn mal-festa, u f’inhawi barra mit-territorju tal-festa proprja?

Friday, September 09, 2005

SENSIELA IFLI U GGUDIKA Nru. 6

“Il-partitarji tal-Ljun jiccelebraw il-festa ta’ Santa Marija bl-akbar mod dinjituz u civili” Dr Michael Caruana LL.D, President Societa’ Fil. Il Leone



Fejn f’Malta qed jigi permess/tollerat mill-awtoritajiet ekklezjastici u civili li jsiru dawn l-atti provokatorji, oxxeni U GRATUWITI waqt festi religjuzi quddiem il-Knisja tal-parrocca li ma ghandha x’taqsam xejn mal-festa, u f’inhawi barra mit-territorju tal-festa proprja?

Free Counter
Web Site Counter